Atletika Sport

Weetabix Protein tagħti l-appoġġ lill-atleta Alessia Cristina

Id-ditta rinomata Weetabix se tkun qed tagħti l-appoġġ lill-atleta żagħżugħa ta’ 13-il sena, Alessia Cristina bil-prodotti Weetabix Protein.

Minn hi Alessia Cristina?

Alessia Cristina hi mill-Ħamrun. Twieldet fis-17 ta’ Marzu fl-2003. Hi ssegwi ħafna l-futbol malti – Ħamruniża imma ssegwi lil Valletta FC, infatti ma tipprova titlifx logħba. Minn eta’ żgħira kienet dejjem tipprattika xi tip ta’ sports. Alessia għamlet madwar 3 – 4 snin tipprattika l-ġinnastika. Kienet tilgħab il-futbol ukoll fejn kienet tifforma parti mit-tim ta’ l-iskola li kienet tattendi qabel ma daħlet l-Iskola Nazzjonali ta’ l-iSport, jiġifieri St.Monica Gzira. Madanakollu kienet tipprattika l-atletika ukoll. L-isport huwa parti minn ħajjitha.

Alessia hija sprinter li kkaratteriżżat il-kategorija tal-Cadet f’dawn l aħħar sentejn b’diversi riżultati pożittivi fejn fost l-oħrajn għandha r-rekord nazzjonali ta’ ħames dixxiplini; 60 metru, 70 metru hurdles, 100 metru, 150 metru u 300 metru, li jfisser li Alessia kisret kull rekord ta’ kull dixxiplina sprint li teżisti. Alessia ma kisritx dawn ir-rekords għal darba waħda biss iżda baqgħet ittejjeb l-istess rekords nazzjonali saħansitra dan l-aħħar ġewwa Brno fejn rebħet il-midalja tad-deheb kemm fis-60 metru u fil-150 metru, kif ukoll fir-relay tal-4 x 100m. Li tal-età tagħha tirbaħ midalja tad-deheb barra għal Malta għal waħda, tnejn, tlieta, huwa diġa’ ħafna imma li tikser ir-rekord fil-logħob ta’ Brno hija xi ħaġa inkredibbli. Infatti ebda atleta Ewropeja ma kisbet il-ħinijiet ta’ Alessia Cristina, kemm fis-60 metru kif ukoll fil 150 metru.

Alessia Cristina 3

Alessia Cristina hija r-rebbieħa tal-Cadet tas-sena 2015 u probabilment ser tikkonferma l-istess din is-sena.

Ta’ min jgħid li għalkemm Alessia Cristina hija talent uniku li twieldet biħ u qiegħda tkompli ssawru permezz ta training programmat u intensiv, kellha injuries li żammewha barra għal aktar minn tmien xhur.  Madankollu, id-determinazzjoni u t-talent ta’ Alessia Cristina għamel ritorn mill-aqwa fejn f’kull tellieqa li ħadet sehem sussegwenetment kisret kull rekord nazzjonali, wieħed wara l-iehor u ttejjeb l istess rekords tagħha suċċesivament.

Alessia Cristina tifformi parti mill- atleti elite tal-KOM u dan huwa unur ieħor prestiġjuż.

Alessia Cristina 2

Il-prodotti Weetabix Protein

Dawn il-prodotti jiġu f’tliet varjazzjonijiet differenti fejn insibu il-Weetabix Protein, Weetabix Protein Crunch Original u Weetabix Protein Crunch Chocolate. Hemm ukoll il-Weetabix Protein on the go milk drinks b’tliet togħmiet differenti li huma vanilla, blueberry blackberry u raspberry strawberry. Dawn il-prodotti huma tajbin ħafna għal kull tip ta’ atleti biex jiksbu l-proteini meħtieġa.

Weetabix Protein huwa  prodott mimli proteini  li jgħin u jikkontribwixxi għall-manteniment tal-massa muskolatorja u tal-għadam bħala parti minn dieta bbilanċjata u stil ta’ ħajja aħjar. Huwa magħmul mil-proteina tal-qamħa u mil krispiss tal-istess qamħa u b’hekk jgħin il-ġisem jisaħħah filgħodu. Dawn il-prodotti huma idejali u tajbin għal kull tip ta atleta.