Lokali Parlament

Il-Ministru Owen Bonnici jressaq każ ta’ ksur ta’ privileġġ kontra Jason Azzopardi

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici ressaq każ ta’ ksur ta’ privileġġ kontra d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi dwar dikjarazzjoni li l-Ministru tal-Ġutsizzja għamel quddiem il-Kumittt għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) dwar il-kuntratt lil Henley & Parnters.

Fis-seduta tal-parlament tal-lejla l-Ministru Bonnici ċaħad li hu gideb dwar il-każ ta’  commission żejda lil Henley & Parnters u sostna li din l-allegazzjoni saret mix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi li kienet ripetuta wkoll mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.

Il-Ministru Bonnici qal li x-xhieda li hu ta quddiem il-PAC kienet il-verità u għalhekk talab lill-Ispeaker biex isiru proċeduri dwar ksur ta’ privileġġ kontra Jason Azzopardi.

Il-Ministru George Vella qal li din hi kwistjoni valida u serjissima għaliex l-agħar ħaġa li tista’ issir hi li deputat jigdeb lill-parlament u li għalhekk is-Sedja hi obbligata li tassigura li l-ebda deputat ma gideb fil-parlament.

Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi għamel riferenza għall-PAC tas-16 ta’ Marzu u qal li l-Ministru Owen Bonnici ma qalx il-verita dwar il-commission żejda li Henley & Parnters allegament qed jieħdu fuq il-bejgħ tal-ishma.

Jason Azzopardi qal li kull m’għandu jsir biex dan ikun ikkonfermat hu li s-Sedja tisma’ x-xhieda tal-Ministru Bonnici quddiem il-PAC.

Il-Ministru Owen Bonnici reġa’ ċaħad li hu gideb fil-PAC.