Għal dawk li huma familjari max-xena tal-Waterpolo, l-isem ta’ Tamas Molnar hu sinonimu b’mod lokali ma’ Neptunes hekk kif minbarra li rebaħ tliet midalji tad-deheb fl-Olimpjadi, il-eksplejer Ungeriż kien parti minn perjodu dominanti fl-istorja lokali tat-tim tal-Balluta bir-rebħ ta’ diversi unuru fosthom ta’ ħames kampjonati konsekuttivi. Iżda Molnar x’għandu komuni ma’ Exiles?
Matul is-Sajf, l-istazzjon Olimpiku għamel numru ta’ programmi b’differenza. Il-mottiv wara dawn il-programmi kienu li jaqbdu tmien timijiet minn diversi sport li qed isibuha diffiċli fil-kampjonati tagħhom, u jaqbdu tmien kowċis li meta kienu jilagħbu, rebħu l-midalji tad-deheb fl-Olimpjadi.
L-għan ta’ dawn il-kowċis kien li f’ġimgħa jgħinu dan it-tim jibdel is-serje negattiva tiegħu. L-għażla ta’ Molnar waqgħet fuq pajjiżna u partikolarment mat-tim ta’ taħt is-17-il sena ta’ Exiles li spiċċa fl-aħħar post fl-aħħar tliet staġuni filwaqt li kien ilhom 19-il logħba mingħajr rebħa.
X’għamel Tamas Molnar ma’ Exiles?
Fil-link ta’ taħt tistgħu taraw il-video kollu
https://www.olympicchannel.com/en/playback/the-z-team/episodes/can-a-3-time-gold-medallist-turn-around-this-maltese-youth-water-polo-team/#.WDS-09euyqB.facebook
//= $special ?>