Lokali Parlament

Edwin Vassallo u Peter Micallef jieħdu ż-żewġ siġġijiet tal-PN fil-Parlament

Fl-aħħar ħin il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li ż-żewġ siġġijiet li l-Qorti Kostituzzjonali tat lill-Partit Nazzjonalista se jkunu qed jimtlew minn Edwin Vassallo u Peter Micallef.

Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista feraħ lil Edwin Vassallo u lil Peter Micallef, spjega li issa, b’dawn is-siġġijiet, id-distakk bejn iż-żewġ partiti naqas minn disgħa fl-aħħar elezzjoni ġenerali għal ħamsa.

Il-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem biex ikun il-vuċi għaż-żgħir u jassigura li jkompli joħroġ bi proposti konkreti għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Dan kollu wara li l-Kummissjoni Elettorali talbet parir legali hekk kif din kienet sitwazzjoni unika fl-istorja elettorali, sitwazzjoni li setgħet ġiet evitata faċilment li kieku l-Prim Ministru Joseph Muscat ma pruvax ifixkel u jtawwal il-proċess għal tlett snin u nofs.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni applikat il-providiment Kostituzzjoni li b’din il-proċedura, ġew eletti Edwin Vassallo u t-tabib Peter Micallef, l-aħħar kandidat li ġie eliminat bl-akbar għadd ta’ voti fl-aħħar elezzjoni ġenerali fl-2013.