Internazzjonali

Imut Fidel Castro

Fidel Castro, Prime Minister of Cuba, smokes a cigar during his meeting with two U.S. senators, the first to visit Castro's Cuba, in Havana, Cuba, Sept. 29, 1974. (AP Photo)

Ċelebrazzjonijiet u luttu għall-aħbar tal-mewt ta’ Fidel Castro, il-mexxej rivoluzzjonarju ta’ Kuba li miet il-Ġimgħa filgħaxija f’eta ta’ 90 sena.

Castro kien mexxa lil Kuba għal kważi 50 sena qabel ma warrab fl-2008 biex postu jittieħed minn ħuħġ Raul. Dan minħabba mard li qatt ma kien kjarifikat eżattament x’kien.

Kien l-istess ħuħ Raul li ħabbar il-mewt tiegħu u żied li Castro, kif kien magħruf madwar id-dinja kien se jkun kremat is-Sibt.

Castro kien il-mexxej tal-20 Seklu li l-aktar kien dam imexxi jekk wieħed ma jikkunsidrax il-mexxejja ta’ familji irjali. Tmexxija li matulha hu kien mira ta’ diversi attentati fuq ħajtu xi wħud b’mezzi mill-aktar orġinali…minn sigarri li jisplodu għall-velenu. Hu stmat li saru aktar minn 600 attentat fuq il-ħajja ta’ Castro tul is-snin ta’ tmexxija tiegħu. Ħafna minnhom mis-CIA Amerikana.

Ta’ min igħid li Castro, meqjus l-għadu ewlieni tal-Istati Uniti, irnexxielu jara għaxar Presidenti Amerikani jiġu u jmorru iżda hu dejjem baqa’ hemm. Dan minkejja l-bviża kontinwa ta’ invażjoni u embargo ekonomiku iebes li kien biss taħt il-Presidenza ta’ Barack Obama li tneħħa.

Apparti xi artiklu kull tant f’ġurnali Kubani, Fidel Castro kien għeb kwżi għal kollox mix-xena politika għalkemm f’April kien indirizza l-kungress tal-partit Kommunista..

Iżda hekk kif minn madwar id-dinja mexxajja bagħtu emssaġġi ta’ kondoljanżi għall-mewt ta’ Fidel, f’Miami fl-Istati Uniti, fejn hemm l-akbar kommunita ta’ Kubani fid-dinja, kien hemm ċelebrazzjonijeit fit-toroq. Kubani li ħarbu mid-ditattura u r-repressjoni li din ġabet magħha fil-Kuba ta’ cASTRO.

Castro kien tela’ fil-poter fl-1959, b’rivoluzzjoni li fiha neħħa r-reġim ta’ Batista, li kien appoġġjat mill-Istati Uniti. U minn hemm baqa’ jmexxi sal-2006 meta beda jċedi l-poter biex eventwalment fl-2008 għadda t-tmun fl-2008 lil ħuh.