Żewġt irġiel kienu mmultati €3,000 kull wieħed wara li ammettew li xerrdu diskors ta’ mibegħda fuq l-internet permezz ta’ kummenti razzisti fuq Facebook.
Fil-paġna tal-grupp “Daqshekk għall-Immigrazzjoni llegali f’Malta” ittella’ ritratt ta’ raġel Afrikan fuq sodda ta’ sptar, aktarx l-Isptar Mater Dei. Taħt dan ir-ritratt Christopher Pisani kiteb “aħarquh” filwaqt li Eric Cuschieri kiteb li għandhom jitfgħu “spirtu tal-melħ fid-drip”.
L-irġiel tressqu b’ċitazzjoni quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit wara li t-taqsima tas-Cybercrime tal-Pulizija rċeviet rapport kif ukoll screenshots minn membru tal-pubbliku.
Huma ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom u kienu mmultati €3,000 kull wieħed.
//= $special ?>