Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo ddikjara li hu kburi bl-iskema tal-GWU dwar ix-xogħol kunsidrat prekarju u sostna li ma jridx iwieġeb mistoqsijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għaliex nsista li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jiritra dikjarazzjoni li qed jiżgwida l-Kamra.
Il-Parlament kien sospiż sakemm l-Ispeaker ta ruling dwar dan; liema ruling kien mitlub mill-Ministru Bartolo għalkemm qablu anki l-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi talab ruling ieħor.
Fir-ruling tiegħu dwar dak mitlub mill-Ministru Bartolo, l-Ispeaker Anġlu Farrugia ddikjara li d-diskors li ntqal bejn il-Ministru Bratolo u l-Kap tal-Oppożizzjoni kien ping pong politiku xejn diżerabbli tant li kellu jwaqqaf ix-xogħol tal-Kamra.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia tratta wkoll ir-ruling mitlub mill-Ministru Joe Mizzi li oġġezzjona li l-Kap tal-Oppożizzjoni jagħmel dikjarazzjonijiet qabel il-mistoqsijiet u qal li hu ġust li jsiru dikjarazzjonijiet qosra qabel id-domandi tad-deputati.
Il-każ jitratta l-iskema kontroversjali ta’ xogħol tal-GWU li dwarha saru diversi mistoqsijiet parlamentari.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li l-Ministru Bartolo qed jiżgwida l-Kamra fit-tweġiba tiegħu dwar l-iskema. Hu qal li la darba jaħdmu l-ħaddiema għandhom ikunu intitolati għal dak kollu li għandhom dritt għalih. Din hi forma ġdida ta’ prekarjat għaliex hemm ħddiema li qed jitħallsu paga ferm iktar minn dawk fl-iskema tal-GWU, sostna Simon Busuttil.
Il-Ministru Evarst Barolo ċaħad li hu qed jiżgwida lill-Kamra u nsista li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jirtira dan il-kliem.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni insista li l-Ministru Bartolo qed jiżgwida l-Kamra għaliex qed jipprova jqabbel żewġ affarijiet differenti u għaliex il-mistoqsija hi dwar skema ta’ xogħol mal-GWU fejn il-GWU qed tagħmel profittt minn fuq darhom waqt li dawn il-ħaddiema qed jaħdmu ħdejn ħaddiea oħra tal-Gvern li qed jitħallsu paga iktar. Il-Ministru Bartolo qed jipprov jqabbel dan ma’ skema ta ‘Gvern Nazzjonalista li fiha l-ħaddiema xorta kienu baqgħu jirreġistraw għax-xogħol, sostna Simon Busuttil.
Il-Ministru Bartolo qal li hu jirrifjuta li jwiġeeb mistoqsijiet għaliex Simon Busuttil ma rtirax il-kelma ‘tiżgwida’.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni nsista li l-Ministru Bartolo qed jiżgwida lill-Kamra meta jqabbel skema ma’ oħra u staqsa jekk il-Ministru Bratolo jidhirlux li l-iskema li għamel hu ħolqitx prekarjat ġdid. Hu sostna li hu veru li l-Ministru Bartolo qed jiżgwida lill-Kamra.
Il-Ministru Bartolo baqa’ jsosnti l-pożizzjoni tiegħu li ma jweġibx il-mistoqijiiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Ministru Bartolo ma jridx iwieġeb għax mhux kapaċi jwieġeb għall-iskema oxxena li għamel.
Il-Ministru Bartolo talab ruling u qal li hu kburi li għamel din l-iskema. Il-Parlament jinsab sospiż.
//= $special ?>