Futbol Sport

Meta Vince ‘Maxi’ Magro umilja lil Franz Beckenbauer

Vince Magro, llum għandu 64 sena. Magħruf aħjar bħala ‘il-Maxi’ u eks plejer tat-tim nazzjonali Malti u ta’ Valletta. Madankollu Magro lagħab ukoll ma’ St. Andrews u Sta. Venera. Lagħab aktar minn 160 partita f’14-il staġun differenti u li fihom skorja 43 gowl.

Fil-karriera tiegħu Magro rebaħ kull unur tal-futbol Malti, fosthom il-Kampjonat għal erba’ darbiet u l-FA Trophy għal tliet darbiet. Dan biex ma nsemmux kompetizzjonijiet oħra importanti li hu rebaħ matul iż-żmien bil-flokk ta’ Valletta. Mat-tim nazzjonali Malti hu lagħab f’partiti importanti, fosthom skorja gowl fir-rebħa storika li Malta kellha kontra l-Ġreċja bl-iskor ta’ 2-0 kif ukoll lagħab kontra l-Ġermanja, meta hu umilja lill-plejer leġġendarju Ġermaniż, Franz Beckenbauer.

Il-ġurnalist sportiv Christian Micallef iltaqa’ ma’ Magro fl-istabbiliment popolari fil-Qawra, Cheeky Monkey Gastropub fejn tkelmu dwar diversi temi interessanti f’intervista għall-programm Replay Preview, li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9pm fuq Net Television.

Kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija, waqt il-programm Replay Preview qed ikun hemm intervisti ta’ dawn it-tip fir-rokna ‘X’Sar Minnhom?’. Aktar intervisti li saru fil-programmi preċidenti tistgħu terġgħu ssegwuhom permezz tal-paġna ta’ Replay fuq Facebook. Il-programm Replay Preview jitwassal bl-appoġġ ta’ numru ta’ sponsors li huma: Videoslots.com, Cheeky Monkey Gastropub tal-Qawra, Konica Minolta, Lannutti u Jet Freight, Weetabix Protein, Malta Football Players Association, Optica u Dizz Group of Companies.