Lokali

BIL-FILMAT : In-negozjanti ż-żgħar jilqgħu l-proposti ġodda tal-Partit Nazzjonalista

Il-proposti konkreti tal-Partit Nazzjonalista għan-negozjanti zgħar qegħdin jiġu milqugħa b’mod pożittiv ħafna. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt żjara lis-sidien tal-ħwienet fis-Swieqi fejn kien qiegħed jippreżenta d-dokument ‘A Policy for Retailers’.

Simon Busuttil esprima s-sodisfazzjon tiegħu li n-negozjanti kollha li ltaqa’ magħhom kienu diġà semgħu bil-proposti ġodda tal-Partit Nazzjonalista. Huwa qal li dan id-dokument ikompli fil-viżjoni ta’ politika favur iż-żgħir.

Simon Busuttil tenna li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jkun hemm għall-ħaddiema ż-żgħar. Huwa sostna li mhux aċċettabbli kif l-iskema tal-General Workers Union bil-barka tal-Gvern tagħmel profitt minn fuq dahar il-ħaddiema filwaqt li l-ħaddiema nfushom jitħallsu inqas minn oħrajn fl-istess kariga.