Lokali Parlament

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jiddefendi lil Jason Azzopardi u jgħid li r-ruling għandu japplika wkoll għalih

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil iddikjara li anki hu jemmen li l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici gideb meta xehed fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi dwar il-commission li qed tieħu l-kumpanija Henley & Parnters; li hi responsabbli mill-iskema ta’ bejgħ tal-passaporti.

Din id-dikjarazzjoni l-Kap tal-Oppożizzjoni għamilha fil-parlament meta intervjena wara li l-Ispekaer ta’ ruling li permezz tiegħu l-każ dar dikjarazzjoni tad-deputta Nazzjonlaista Jason Azzopardi li sostna li l-Ministru Owen Bonnici kien gidbe fil-parlament kien mibgħut quddiem il-Kumitat tal-Privileġġi.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Oppożizzjoni se tappella mir-ruling mogħti u assoċja kompletament mal-kliem tax-Shadow Minister tal-Ġustizzja Jason Azzopardi waqt li ddikjara li l-Ministru Owen Bonnici gideb. Hu qal li r-ruling mogħti għandu jkun applikat ukoll fil-kuntest tiegħu.

Il-Ministru Owen Bonnici staqsa jekk dan ifissirx li l-Kap tal-Oppożizzjoni hux jgħid li hu gideb.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li kull deputat għandu d-ritt li jikkritika iżda d-deputtti għandhom obbligu lejn il-parlament li ma jużawx kliem offensiv.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li hu jassoċja mal-kliem kollu ta’ Jason Azzopardi għaliex jemmen fil-libertà tal-espressjoni waqt li l-Ministru tal-Ġustizzja jrid iċaħħad id-dritt tal-espressjoni propju fit-30 anniversarju mill-vjolenza politika taż-Żejtun fl-1986. Hu ddikjara li hu wkoll jemmen li l-Ministru tal-Ġustizzja gideb.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li hu dispjaċut ħafna bid-diskors li ntqal fil-konfront tiegħu iżda se jaċċetta l-appell tal-Ispeaker dwar id-diskors li jgħidu d-deputati fil-parlament. Hu qal li hu qed juża l-istess proċedura li kien uża Jason Azzopardi fl-2010 meta Jason Azzopardi kien għamel ksur ta’ privileġġ fil-konfront tal-ġurnalisti.