Lokali

Maħfra ta’ 30 jum għall-priġunieri ta’ Malta wara li l-Papa talab għall-ħniena

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u l-Ministru tal-Intern Carmelo Abela ħabbru amnestija ta’ 30 jum għall-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet, li kien preżenti għaliha wkoll l-Arċisqof Mons Charles Scicluna.

Ingħad li l-Gvern ħa din id-deċiżjoni wara li l-Papa Franġisku talab għall-ħniena f’għeluq is-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena.