L-Air Malta teħtieġ investiment privat lokali, kif ukoll finanzjament permezz ta’ skemi li joħorġu għall-pubbliku u li jkunu kkwotati fil-Borża ta’ Malta.
Dawn huma wħud mill-proposti li qed tressaq l-Oppożizzjoni ħalli tinstab soluzzjoni dejjiema għal-linja nazzjonali tal-ajru, li qed tikkontribwixxi b’risq l-industrija tat-turiżmu u l-ekonomija tal-pajjiż.
Dawn il-proposti kienu elenkati mix-Shadow Minister għall-Ekonomija Claudio Grech waqt it-Tourism Performance Seminar, organizzat mill-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u r-Ristoranti Maltin (MHRA).
Ma’ NET News, Claudio Grech spjega kif dawn il-proposti jistgħu jwasslu biex l-Air Malta tkun suċċess u tintemm l-inċertezza għall-ħaddiema, hekk kif irrefera wkoll għall-aħbar li l-linja nazzjonali tal-ajru waqqfet ir-rotta minn Frankfurt fil-Ġermanja.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li Malta tista’ żżomm l-andament pożittiv f’dan is-settur jekk tassigura li jkollha linja nazzjonali tal-ajru sostenibbli u kompetittiva.
Qal li l-Air Malta teħtieġ sieħeb strateġiku effettiv, għalkemm lest jittieħed iż-żmien meħtieġ biex ikun hemm soluzzjoni.
//= $special ?>