Illejla se jiżżewġu Bjorn u Maria.

L-istorja ta’ Bjorn u Maria – storja ta’ mħabba li m’għandhiex kundizzjonijiet, għaliex hija mħabba li qed tixtar qalb it-tbatija.

F’post fuq Facebook Bjorn qal li l-marda tiegħu avvanzat ħafna. Bjorn jgħidilna Din l-aħbar waslitlu biss ftit jiem qabel il-ġurnata tat-tieġ. Iżda Bjorn jistqarr li jinsab determinat li mil-lum se jibda’ sfida personali oħra.

post-fb-bjorn

Minkejja l-marda li għandu, Bjorn dejjem baqa’ ottimist għall-ħajja u hu magħruf għall-kuraġġ tiegħu.
Bjorn Formosa hu l-fundatur tal-NGO ‘ALS Malta’. Hu jbati mill-kundizzjoni ALS, marda li tiprogressa bil-mod il-mod sakemm twaqqaf in-nervituri tal-ġisem kollha milli jiffunzjonaw.

bjorn zwieg