Lokali

Inħarsu l’quddiem – terminu ġdid għall-għaqda SDM

Ritratt waqt waħda mil-laqgħat tal-SDM.

Inħarsu l’quddiem – terminu ġdid għall-għaqda Studenti Demokristjani Maltin – SDM.

Fi stqarrija ġie mħabbar li Gabriel Micallef ġie elett mill-membri fi ħdan l-għaqda bħala bħala l-President il-ġdid tal-għaqda, fejn flimkien miegħu se jkollu nies b’esperjenza flimkien ma’ dawk ġodda.

Il-Viċi President tal-SDM issa huwa Gabriel Camilleri, filwaqt li Neil Smart Costantino se jżomm l-irwol ta’ Segretarju Ġenerali fi ħdan l-għaqda bl-għajnuna tal-Assistent Segretarju Ġenerali Luigi Fenech.

L-irwoli l-oħra huma dawn;

Uffiċjal Finanzjarju – Gianluca Sciberras

Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi – Jean Claude Vella

Uffiċjal tar-riżorsi Umani – Keith Grima

Koordinatur għall-Junior College – Jake Scerri

Assistent Ko-ordinatur għall-Junior College – Claire Muscat

Uffiċjal tal-affarjiet Esterni – Kurt Grech

Koordinatur għal Għawdex – Martina Dimech

Uffiċjal għall-affarjiet Internazzjonali – Beppe Galea

Uffiċjal għall-Politika Soċjali – Sarah Xiberras

Uffiċjal għall-Edukazzjoni – Natalia Galea

Uffiċjal għall-attivitajiet – Matthew Gellel

Koordinatur għall-MCAST – David Agius

Koordinatur għall-Universita’ – William Farrugia

Uffiċjal għal-Loġistika – Andrew Camilleri

Micallef qal li issa ħass li hemm il-ħtieġa li jkun hemm ir-rwoli ġodda fi ħdan l-għaqda biex il-messaġġ tal-istudent jasal bl-aħjar mod possibli u biex l-SDM mill-ġdid tibqa’ l-vuċi tal-istudent.

L-istqarrija għalqet billi tenniet li issa l-SDM se tibda’ kapitlu ġdid bla ebda dubju se tibqa’ tpoġġi fiċ-ċentru tal-ħidma tagħha lill-istudent li hi tirrapreżenta.

Tags