Parlament

Mill-Parlament: Il-Gvern jibqa’ jgħatti lil Henley & Partners dwar il-commission li ma semmiex Owen Bonnici – Henley & Partners mhux liċenzjati iżda qed jieħdu commissions ogħla mill-istockebrockers liċenzjati

Il-Gvern jibqa’ jgħatti lil Henley & Partners dwar il-commission li ma semmiex Owen Bonnici

Il-Gvern jibqa’ jgħatti lil Henley & Partners dwar il-commission li ma semmiex Owen Bonnici
Il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni Beppe Fenech Adami sostna li l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici gideb fil-Kumittt għall-Konitjiet Pubbliċi dwar il-commission lil Henley & Partners u ddikjara li l-Gvern qe djibqa’ jaħbi lil Henley & Partners u l-miljuni li dawn qed jieħdu mill-kuntratt għall-bejgħ taċ-ċittadianza.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament meta ppreżenta l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar ir-ruling tal-Ispeaker fil-konfront tax-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi, ix-Shadow Minister għall-Intern Beppe Fenech Adami qal fil-mozzjoni li fis-seduta tat-23 ta’ Novembru 2016, il-Ministru Bonnici kien ressaq każ ta’ ksur ta’ privileġġ dwar messaġġ li Jason Azzopardi kiteb fuq twitter. Dwar dan ,l-Ispeaker kien ta ruling li fih kien qal li Jason Azzopardi kien mitlub jirtira l-kliem; liema kliem ma kinux irtirati minn Jason Azzopardi. L-Ispeaker kien sab lil Jason Azzopardi ħati prima facie. Beppe Fenech Adami qal li l-Oppożizzjoni talbet li r-ruling tal-Ispeaker ikun rivedut.

Il-Viċi-Kap tal-PN qal li l-Oppożizzjoni taqbel ma’ dak li qal Jason Azzopardi permezz tat-tweet tiegħu u sostna li l-Ministru Bonnici fis-seduta tal-PAC tas-16 ta’ Marzu 2015 ma qalx il-verità u gideb dwar il-kuntrtat ta’ Henley & Partners; liema kuntratt permezz tiegħu Henley & Partners ingħatat id-dritt esklussiv li tbiegħ iċ-ċittadinanza.

Mit-traskrizzjoni tal-PAC jirriżulta ċar u evidenti li l-Ministru Bonnici gideb dwar il-commission ta’ Henley & Parters u naqas milli jiżvela li Henley minbarra l-commissions magħrufa kien hemm ukoll commission fuq il-bonds u l-istocks li kull applikant hu ambrut li jixtir biex jakkwista iċ-ċittadinanza Maltija. F’dik il-laqgħa l-membri tal-Oppożizzjoni saew jekk Henley hux qed jitħallsu fuq it-tliet sorsi għall-bjegħ taċ-ċittadinanza, il-Ministru Bonnici evita li jiżvela li Henley kienu qed jieħdu wkoll commission fuq stocks u bonds tal-Gvern.

Din hi l-kumpanija li kienet tilaqa mal-PL fir-raba sular qabel l-aħħar elezzjoni u kif tela l-PL, din akkwistat il-miuni. Bħala fatt hu evidenti li dak li tweetja fuq Jason Azzopardi hu veru għaliex il-Ministur Bonnici ma riedx jgħid il-verità u ma riedx jiżvela li Henley & Partners kienu qed idaħħlu iktar flus minn fuq iċ-ċittadinanza Maltija.

L-Oppożizzjoni ma tabqilx mad-deċiżjoni tal-Ispeaker għaliex hu jsostni li diversi xhur wara l-Ministur Bonnici pprova jbenġel is-sitwazzjoni u pprova jgaħti verżjoni oħra, minkejja li xorta ma qalx il-verità kollha. Dan hu preċedent għaliex jitfa’ dell ikrah fuq Owen Bonnici; li hu rpapreżentant tal-poplu.

Beppe Fenech Adami qal li Jason Azzopardi uża tweet u r-reazzjoni ta’ Owen Bonnici għamel reazzjoni li hi l-kontradizzjoni ta’ dak kollu li jippriedka propju l-istess Owen Bonnici li jgħid li hu l-pampalun tal-libertà tal-espressjoni. Kien Owen Bonnici li neħħa l-liġi li kienet ixxekkel il-libertà tikkritika r-reliġjon u neħħa kwoll il-liġi li toffendi lill-Alla. Kif qal Evarsit Bartolo, fil-pjjiż hawn liġi għall-allat u liġi għan-nies komuni iżda issa Owen Bonnici qajjem pandemonju u beda proċeduri u jippretendi u jgħaddi minn proċeduri ta’ ksur ta’ privileġġ kontrih.

Beppe Fenech Adaami qal li bħalissa waqt id-dibattitu, il-Ministru Bonnici telaq ‘il barra mill-parlamnet. Hu qla li l-Ministur Bonnici gideb biex jgħatti lil Heneley & Partners u għalhekk gġħanud jipsjega għaliex il-Gvern għadu jaħbi u jgħatti. Hu staqsa x’qed iżomm lill-gvern milli jagħti l-informazzjoni kollha u l-kuntratt kollu ma’ Henley & Partners. Owen Bonnici kellu jirrikorri għla gidba oħra għaliex qal li hemm ordni tal-qorti biex dan ma jkunx pubblikat iżda jirriżulta li mhux veru li hemm din l-ordni. Il-Ministru Bonnici pprova jiżvijja lill-parlament, sostna Fenech Adami, li kompla li l-Gvern għandu jispeċifika dejn marru t-€300 miljun li l-Gvern qed jgħid li daħħal mill-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija. Is-sitwazzjoni hi li l-gvern qed jagħti mediċini skaduti lill-pazjenti, sostna Beppe Fenech Adami, li qla li l-Ministru Manwel Mallia kien jgħid li l-gvern se jdaħħal €1 biljun iżda llum il-gvern daħħal biss €300 miljun li minnhom qed jibbenefikaw biss ftit tal-qalba.

Beppe Fenech Adami qal li ID Malta qed tirrijfuta li tagħti informazzjoni dwar persuni barranin li ingħataw id-dritt abbużiv tal-vot.

Henley & Partners mhux liċenzjati iżda qed jieħdu commissions ogħla mill-istockebrockers liċenzjati

Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono sostniet li minkejja li m’humiex liċenzjati, il-kumpanija Henley & Partners qed tieħu commissions 16-il darba ogħla minn dak li jieħdu l-istockbrokers Maltin.
Meta kienet qed titkellem dis-eduta parlamentari ta’ nhar it-Tnejn li għadda, id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet li l-Oppożizzjoni temmen li għandha raġun quddiem il-poplu u li d-deċiżjoni fil-konfront ta’ Jason Azzopardi hi żbaljata.

Hi qalet li hemm evidenza ċara ta’ numru ta’ okkażjonjiet li fihom intilfet li l-gvern jinbidel għalkemm għad hemm tama li l-prinċipju ma jintilfix fil-parlament biex is-sewwa jkun protett. Kristy Debono qalet li l-poplu hu t-tellief għaliex il-prinċipju tal-libertà hi sfidata fejn is-setturi diversi, fosthom dawk finanzjarji huma traduti partikolarment l-istockbrockers.

Il-Gvern aċċetta li jagħti commission ta 4% lil Henley & Partners, meta Henley mhux liċenzjati biex jagħmlu xogħol ta’ stockbrockers u għaliex Henley & Partners mhux awtorizzati mill-MFSA qed jieħdu ocmmisson ta’ 4 %; 16-il darba iktar minn stokbrocker liċenzjat.

Il-Gvern ħeba dan kollu mill-poplu u għalhkek meta l-gvern jitkellem dwar is-servizzi finanzjarji ikun qed jitlef il-fudċja fis-settur. L-importanza reali tibqa’ li l-Gvern ħeba l-pverità fil-parlament u għalhekk il-Ministru Bonnici għandu jwieġeb jekk hux minnu li mill-kuntratt Henley & Partners għandhom dritt ta’ 4 % fuq il-bejgħ tal-bonds u dwar jekk il-klawsola kinitx fil-kuntratt ippubblikat. Il-Gvern għandu jwieġeb għaliex il-commission fuq l-istocks tal-gvern ħarġet issa u mhux qabel.

Kristy Debono staqsiet għaliex l-istockbrokers ħarġu jitkellmu issa u x’inhi l-kwalità ta’ Henley & Partners meta dawn m’humiex liċenzjati. Il-Ministru Bonnici għandu jispjega jekk dan hux ġust, sostniet Kritsy Debono, li kompliet li l-istockbrokers Maltin iridu joqgħodu għar-regoli. Liema hi l-awtorità li qed tirregola lil Henley & Partners, staqsiet Kristy Debono, li staqsiet ukoll kif saru l-kalkoli u jekk qattx kien hemm mudell jew preċedent dwar il-commission.

Il-Ministru għandu jekk din kinitx talba ta’ Henley & Partners jew kien hemm parir legali għaliex hu fatt magħruf li dawk li jixtur stocks tal-gvern jispiċċaw jinvestu inqas minħabba over subscription. Għalhekk il-gvern għandu jispjega b’liema regoli mexa meta aċċetta li Henly & Partners ma jkunux liċenzjati.

Kristy Debono qalet li l-Gvern għandu jispjega x għandhom speċjali Henly & Partners u kif Jason Azzopardi kien jaf li Henley & Partners qed jieħdu commission fuq l-istocks tal-gvern; liema xirri hu obbligatorju. Hi qalet li ma kinx Jason Azzopardi li żgwida lill-PAC għaliex hu ta informazzjoni lill-istess kumitat parlamentari u għalhekk Jason Azzopardi m’għandu jagħmel l-ebda skuża.