Tkabbir ta’ 23.7% fix-xahar ta’ Jannar mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Jannar għall-ewwel darba jaqbeż it-300,000 passiġġier għall-ewwel darba hekk kif kien hemm konnettività mtejba mal-Ġermanja, Spanja u l-Italja tikkontribwixxi għal dan it-tkabbir.
Dan it-tkabbir żdied b’mod parallel ma’ żieda fil-movimenti tal-ajruplani u l-postijiet disponibbli fuq
it-titjiriet, li kibru bi 22.1% u 27.7%, rispettivament. Konnettività mtejba ma’ swieq bħall-Ġermanja, Spanja u l-Italja kienet fattur importanti li kkontribwixxa għal dan it-tkabbir. Barra minn hekk, is-seat load factor (SLF) ukoll żdied bi 1 punt perċentwali biex laħaq 72.7%. Dan jindika li l-linji tal-ajru mlew l-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet b’mod aktar effiċjenti, hekk kif aktar turisti għażlu li jivvjaġġaw lejn Malta f’Jannar.
Ir-Renju Unit, l-Italja u l-Ġermanja kienu l-aqwa tliet kontributuri tat-traffiku għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, bi tliet swieq jirreġistraw diversi livelli ta’ tkabbir.
Għax-xahar ta’ Jannar, il-Belġju u Spanja kienu r-raba’ u l-ħames l-aqwa kontributuri tat-traffiku, bi 15,784 moviment tal-passiġġieri u 13,903 movimenti tal-passiġġieri, rispettivament. Meta wieħed iħares lejn l-aqwa ħames ajruporti mbagħad, jinnota li l-lista hija ddominata minn ajruport ġdid, jiġifieri l-ajruport internazzjonali ta’ Catania Fontanarossa u dan wara li kien hemm żieda fit-titjiriet li joperaw lejn dan l-ajruport.