Raġel ta’ 25 sena, ta’ nazzjonalita Ingliża, qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara inċident bi quad bike f’Baħar iċ-Ċagħaq. Fil-vettura miegħu kellu tfajla Ingliża ta’ 24 sena. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30pm fi Triq il-Kosta.
Jidher li l-inċident seħħ wara li s-sewwieq tal-quad bike, tilef il-kontroll u waqa’. It-tfajla ta’ 24 sena sofriet ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>