Anzjan ta’ 73 sena minn San Ġwann qed isofri minn feriti gravi wara li għall-ħabta tal-10.45am waqa’ minn fuq ċint fi Triq il-Ġibjun f’San Ġwan stess waqt li aktarx kien qed jippassiġġja.
S’issa għadu mhux magħruf x’wassal biex l-anzjan jaqa’, qabel ma ttella’ bl-għajnuna tal-Pulizija u ta’ tim mediku mill-Isptar Matei Dei.
Mal-wasla l-Isptar, hu nstab li qed isofri minn feriti gravi, bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>