Il-Ministru Chris Cardona jridna noqghodu fuq il-kelma tieghu u ta’ Joe Gerada li ma kienx fil-burdell fil-Germanja waqt zjara fuq xoghol tal-Gvern.
Chris Cardona kien pressat b’mistoqsijiet fuq Times Talk meta għamel din id-dikjarazzjoni, fejn qal li t-Tnejn filghaxija ma kienx fil-burdell imma jdur il-belt ta’ Essen, nofs siegha boghod mill-burdell.
“L-ewwel darba għandna l-provi ta xulxin għax konna flimkien. Fl-ebda ħin ma ħriġt waħdi jew Joe (Gerada) ħareġ waħdu. Konna qed induru hemmek (Essen). Rajna l-postijiet. Weħidna il-ħin kollu.
” qal Chris Cardona.
Mistoqsi xi provi se juri fil-Qorti dwar it-tliet siegħat tat-Tnejn filgħaxija, Chris Cardona qal hekk: “L-ewwel istanza, il-prova hi dik li hi, jiġifieri limitata għal dak il-fatt, jiġifieri li konna flimkien, konna ġo Essen”.
Chris Cardona qal li t-Tnejn filgħaxija ma kienx fil-burdell, għax kien qed idur iċ-ċentru ta’ Essen. Apparti minn hekk, qabel marru jorqdu, hu u Joe Gerada ħadu flixkun birra fil-kamra tal-lukanda.
Filwaqt li Chris Cardona jrid li l-pubbliku joqgħod fuq il-kelma tiegħu, NET News kien ippubblika evidenza li tikkonferma li Chris Cardona u Joe Gerada kienu fil-burdell, b’prostituti jidentifikaw lill-Ministru malli jgħarfuh minn ritratt.
//= $special ?>