Internazzjonali Mużika

Serata rekord għal Sanremo

L-ewwel serata tal-festival popolari Taljan tal-mużika, Sanremo, jidher li kien suċċess.
Dan hekk kif jaraw il-ftuħ fuq it-televiżjoni kien hemm mal-11-il miljun telespettatur l-akbar ammont li kien hemm għall-ftuħ tal-festival f’dawn l-aħħar 12-il sena.
Fil-ftuħ tas-67 edizzjoni tal-Festival ta’ Sanremo, kien hemm ukoll dedika mużikali lil Luigi Tenco, li kien għamel suwiċidju wara li ma kienx rebaħ il-festival eżatt 50 sena ilu. Dan kien ukoll spunt għal dawk il-kanzunetti bejn 1951-2016 li spiċċaw suċċess kbir wara li pparteċipaw fil-festival u minkejja li ma kinux ħadu l-ewwel premju.
Festival li qed ikun preżentat minn Maria De Filippi u Carlo Conti. Fil-każ ta’ Conti kien hemm kritika talli hu qed jitħallas €650,000 talli se jippreżenta l-festival. Dan hekk kif l-Italja f’dawn l-aħħar xhur intlaqtet minn diversi diżastri naturali li fihom ħafna tilfu dak kollu li kellhom.
Il-festival jintemm fil-11 ta’ Frar.