Hekk kif f’April se ssirm l-ewwel fażi tal-elezzjoni Presidenzjali Franċiża, għar-raba’ lejl konsukettiv, kien hemm irvellijiet vjolenti fil-housing estates fit-Tramuntana ta’ Pariġi. Dan minħabba arrest vjolenti ta’ raġel iswed mill-Pulizija. Arrest fejn ir-raġel spiċċa abbużat sesswalment mill-Pulizija fiz-zona ta’ Aulnay-sous-Bois .
Ir-raġel li kien identifikat biss bħala ‘Theo’ għamel diversi appelli biex ma jkunx hemm vjolenza u fiz-zona ta’ Aulnay-sous-Bois din waqfet. Imma issa l-vjolenza nfirxet lejn housing estates din id-darba fil-Lvant ta’ Pariġi.
Fl-isptar fejn qed jinżamm ‘Theo’ saħansitra mar il-President Francois Hollande u kien meta kien hemm Hollande li Theo għamel l-appell biex ma jkunx hemm vjolenza.