Is-Senat Amerikan f’Washington ikkonferma n-nomina ta’ Jeff Sessions bħala l-Avukat Ġenerali tal-Istati Uniti. Dan wara proċess imqanqal fejn Sessions, is-Senatur Repubblikan minn Alabama, spiċċa mira għall-kritika minħabba l-fehmiet razzisti tiegħu kif ukoll għall-mod kif hu jaħsibha dwar id-drittijiet ċivili.
Filwaqt li l-kollegi Repubblikani ta’ Sessions fis-Senat appoġġjawh fil-kariga ġdida, l-oppożizzjoni min-naħa tad-Demokratiċi kienet kważi totali, b’membru Demokratiku wieħed biss (tas-Senat) jivvota favur tiegħu.
Jeff Sessions ilu żmien taħt skrutinju minħabba r-rekord tiegħu dwar id-drittijiet ċivili. Issa hu qal li l-Istati Uniti teħtieġ iġġib l-immigrazzjoni illegali fi tmiemha ‘waqt li l-Amerikani jtemmu l-istat tal-anarkija li qed jhedded lis-sigurtà pubblika’.
//= $special ?>