L-abbozz li jagħti l-poter lill-Gvern biex jibda l-proċess formali għat-tluq mill-Unjoni Ewropea, dak li tlaqqam il-Brexit, ilbieraħ għeleb ostakklu kbir fil-House of Commons.
Dan wara dibattitu ta’ seba’ siegħat imqanqal, dan għadda b’494 kontra 122.
L- European Union (Notification of Withdrawal) Bill la darba jgħaddi se jagħti l-poter lill-Prim Ministru biex formalment jibda sentejn ta’ negozjati li jridu jwasslu għall-Brexit.Xi ħaġa li May kienet stqarret li riedet li ssir qabel tmiem ix-xahar id-dieħel.
L-abbozz issa jrid igħaddi mill-House of Lords fejn mhux mistennija ostakkli.