Bħal ma kien mistenni, il-Gvern Soċjalista Rumen, ilbieraħ rebaħ vot ta’ sfiduċja li ssejjaħ wara l-protesti kbar kontra l-korruzzjoni u l-indifferenza tal-Gvern lejha. Dan iżda ma waqqaf xejn il-protesti li qed isiru kontriħ minħabba l-korruzzjoni.
Għal aktar min ġimgħa fir-Rumanija saru protesti ta’ kull jum kontra dikriet li kien ressaq il-Gvern li tela’ fil-poter f’Diċembru. Dikriet li biħ kienet se tingħata maħfra lil dawk fil-ħabs u li minnha kienu se jgawdu l-aktar dawk li intbagħtu l-ħabs minħabba korruzzjoni. Dan apparti li kien se jsir aktar diffiċli beix jittieħdu passi kontra uffiċjali pubbliċi suspettati ta’ korruzzjoni.
Il-Gvern issa rtira d-dikriet u minflok se jgħadda abozz emendat imma dan xorta mhux qed jikkonvinċi lil dawk li ta’ kull jum f’kesħa kbira qed jinżul fit-toroq jipprotestaw u għar-riżenja tal-Gvern. Dan apparti li ħafna qed igħidu li bil-mod kif aġixxa s’issa l-Gvern kienu juri li kien wieħed li ma tistgħax tafda.