Lokali Mużika

FILMAT: Joe Roscoe jittama li jirbaħ kompetizzjoni mużikali internazzjonali

Joe Roscoe - il-kantant żagħżugħ Malti li jgħix Manchester, u li qed jittama li jirbaħ kompetizzjoni internazzjonali tal-mużika

Il-kantant żagħżugħ Malti Joe Roscoe qed jittama li jkun ir-rebbieħ ta’ kompetizzjoni internazzjonali li għandha l-għan li tippromwovi artisti ġodda.

Il-kompetizzjoni online qed issir mill-aġenzija ‘Music Crowns’, fejn l-artist rebbieħ jirbaħ skont kemm il-filmat tiegħu jarawh nies.

Il-kanzunetta li biha qed jipparteċipa Joe Roscoe jisimha ‘How I Feel About You’. Il-kanzunetta tiegħu hija waħda minn total ta’ għoxrin biss, minn artisti minn madwar id-dinja kollha.

Biex għin lill-kantant Malti, ara l-filmat hawnekk.

Jekk jirbaħ, Joe Roscoe jingħata promozzjoni u pakkett finanzjarju li jkun jista’ jgħinu jkompli jikber fil-qasam mużikali.

Joe Roscoe bħalissa qed jgħix f’Manchester, l-Ingilterra, fejn idoqq u jkanta fit-toroq u f’numru ta’ stabbilimenti.

Minn żmien għal żmien, Joe Roscoe jkun f’Malta fejn ukoll idoqq u jkanta f’numru ta’ stabbilimenti. Is-sena li għaddiet hu kien wieħed mill-artisti li pparteċipaw f’Rockestra.