Ħafna residenti fil-Kanada użaw il-media soċjali biex itennu dispjaċir u tħassib wara li l-White House f’Washington irrifjuta li jeskludi lil Sarah Palin – l-eks Gvernatur ta’ Alaska – fir-rwol ta’ Ambaxxatur tal-Istati Uniti f’Ottawa.
Palin għandha passat kontroversjali u l-pożizzjoni ta’ Ambaxxatur lejn il-Kanada ilha vakanti mindu Donald Trump kien inawgurat President tal-Istati Uniti. Min-naħa tiegħu, il-kelliem għall-White House, Sean Spicer, ma riedx jikkonferma jew jiċħad il-prospetti ta’ Palin bħala Ambaxxatur għall-Kanada iżda qal li ‘għandha toħroġ stqarrija ‘il quddiem’.