Lokali

Ċiklist Malti jitlef ħajtu f’Għawdex

Ċiklist tilef ħajtu waqt li kien Għawdex flimkien ma’ sħabu ċiklisti oħra.

NETnews jinsab infurmat li r-raġel ta’ 45 sena, residenti Ħad-Dingli, ħassu ħażin waqt li kienu għaddejin minn Triq iż-Żewwieqa, viċin il-belvedere tal-Qala.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat mejjet.

Mhux magħruf jekk ir-raġel mietx fuq il-post jew inkella fi triqtu lejn l-isptar.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.