Numru ta’ uffiċjali għolja tan-Nazzjonijiet Uniti enfasizzaw il-ħtieġa għal impenn komprensiv li jindirizza s-sitwazzjoni attwali mar-refuġjati fil-Libja u biex tingħata għajnuna urġenti lil-Libjani affettwati mill-kriżi.
L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Immigrazzjoni (ILO) qalet fi stqarrija li l-uffiċjali tan-NU sejħu wkoll għal solidarjetà internazzjonali biex jindirizzaw is-sitwazzjoni tal-kriżi fil-Libja. Dan waqt li l-ILO stiednet l-inizjattivi immirati għall-protezzjoni tad-drittijiet umani tal-immigranti.
Id-Direttur-Ġenerali tal-ILO, William Lacy Swing; il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Refuġjati, Filippo Grandi; il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet Umani, Zeid Ra’ad Al Hussein u r-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju-Ġenerali tan-NU għal-Libja, Martin Kobler, iltaqgħu f’Ġinevra (fl-Iżvizzera) biex jenfasizzaw is-sitwazzjoni tal-immigranti u refuġjati fil-Libja.
Stqarrija relatata qalet li ngħatat priorità lill-impenji biex jgħinu lill-mijiet tal-eluf tal-Libjani li huma kostretti jgħixu l-ħajja ta’ refuġjati u li ġarrbu l-impatt tal-kriżi umana.
Fl-aħħar snin, il-mijiet tal-eluf ta’ immigranti u refuġjati mil-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq qasmu lejn l-Ewropa bil-għan li jsibu l-ażil fil-pajjizi tal-Unjoni Ewropea. Ħafna minn dawn l-immigranti qed jużaw ir-rotta miċ-Ċentru tal-Mediterran li twassal mil-Libja lejn l-Italja u Malta.
//= $special ?>