Lokali

Gvern li tilef triqtu

Il-gvern li wiegħed il-bidla, meritokrazija u trasparenza jidher li tilef triqtu. Saħaq dan il-Partit Demokratiku fi stqarrija wara li fl-aħħar jiem l-Imħallef Emeritus Farrugia Sacco laħaq iċ-ċermen il-ġdid tal-Awtorita’ tal-Lands.

Il-Partit Demokratiku, li l-mexxej tiegħu hi Marlene Farrugia qal li din hi turiha biċ-ċar li din l-amministrazzjoni ma tridx li l-poplu jerġa jikseb il-fiduċija fl-istuzzjonijiet tal-pajjiż.

atul il-karriera tiegħu bħala imħallef, l-Imħallef Farrugia Sacco kellhu żewġ mozzjonijiet ta’ Impeachment taħt żewġ prim ministri differenti. Huwa ukoll instab ħati prima facia mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.

Id-dipartiment tal-Lands kien f’nofs żewġ każijiet kontroversjali u skandalużi, dak tal-Café Premier u ta’ Strada Zekka.

Il-Partit Demokratiku qal li jekk kien hemm xi tama li din ir-riforma verament kienet se tkun riforma, din it-tama inqatlet. Dan għaliex apparti l-fatt li chairman huwa Farrugia Sacco, il-maġġoranza tal-bord intlaħqet mill-gvern innifsu.

Il-Partit Demokratiku jibża li wara l-Awtorita’ hemm l-id ta’ Kastilja. Il-Partit Demokratiku fakkar li meta n-nies ivvuttaw għall-bidla, għamlu dan biex l-affarijiet jinbidlu, u jinbidlu għall-aħjar mhux għall-agħar.

Il-Partit Demokratiku semma wkoll li filwaqt in-nominazzjoni tal-maġistrat Consuelo Scerri Herrera ma ntlaqatx mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura minħabba imġieba fil-ħajja personali tagħha, fil-każ ta’ Farrugia Sacco il-gvern ħass li xorta waħda għandhom jaħtruh bħala chairman minkejja li dan għandu track record ta imġieba ħażina tul il-karriera tiegħu bħala imħallef.

Il-Partit Demokratiku kkundanna li tali imġieba tiġi normalizzata permezz ta’ ħatriet f’karigi tant importanti bħal dik ta’ chairman ta’ Lands bil-barka ta’ Kastilja.