Lokali

Żewġ żgħażagħ l-isptar wara inċident bil-mutur

Ritratt mill-arkivji

Żagħżugħ ta’ 26 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur fi Triq il-Kosta n-Naxxar. Miegħu bħala passiġier kellu tfajla ta’ 26 sena, residenti l-Mosta, li qed issofri minn ġrieħi ħfief.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16.00 tal-bieraħ, meta ż-żagħżugħ residenti San Pawl il-Baħar tilef il-kontroll tal-mutur u skiddja.

Riżultat ta’ dan iż-żgħażagħ waqgħu u ħabtu mal-crash barriers.