Internazzjonali Mużika

Gabbani jirbaħ il-festival ta’ Sanremo

Francesco Gabbani ir-rebbieħ tal-festival ta' Sanremo ta' din is-sena.

Hu Francesco Gabbani r-rebbieħ tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festival ta’ Sanremo. Gabbani rebaħ bil-kanzunetta ‘Occidentalis Karma’. Fiorella Mannoia , li kienet il-favorita li tirbaħ, spiċċat fit-tieni post bil-kanzunetta ‘Che sia Benedetta’ filwaqt li Ermal Meta kien klassifikat fit-tielet post bi ‘Vietato Morire’.
Dawn il-ħamest ijiem ta’ spettaklu kienu preżentati minn Carlo Conti u Maria de Filippi u matulhom kien hemm mistednin diversi stilel tad-dinja tal-ispettaklu kemm Taljani kif ukoll internazzjonali li marru jagħtu wirjiet.
Bħala riżultat ta’ din ir-rebħa, Gabbani se jkun qed jirrappreżenta lill-Italja fil-Eurovision Song Contest, li din is-sena se jsir fi Kiev fl-Ukrajna.