Internazzjonali

Provokazzjoni Koreana għal Trump

Il-Korea ta’ Fuq sparat bi prova missila ballistika. Missila li vvjaġġat fid-direzzjoni tal-Ġappun imma niżlet fil-baħar ferm qabel ma waslet f’ibħra territorjali Ġappuniżi.
Il-missila kienet sparata hekk kif Shinzo Abe, il-Prim Ministru tal-Ġappun, jinsab fuq żjara fl-Istati Uniti għal taħditiet mal-President Donald Trump.
L-isparar tal-missila, bi ksur tar-riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, hi l-ewwel waħda minn mindu sar President Trump u qed titqies minn ħafna bħala provokazzjoni jew test għal Trump mill-Korea ta’ Fuq.
Hekk kif tħabbar li l-Korea ta’Fuq kienet sparat missila, Trump u Abe dehru quddiem il-ġurnalisti bi Trump jassigura li l-Istati Uniti kienet 100 fil-mija wara l-Ġappun bħala alleat u li kienet se tissaħħaħ l-alleanza iżda għall-bqija żamm fil-qasir fil-kummenti dwar l-isparar tal-missila.