Lokali

14-il persuna rrapurtati nieqsa fl-2016 għadhom ma nstabux

Ritratt: Mill-arkivji

14-il persuna li ġew irrapurtati nieqsa f’Malta matul l-2016 għadhom ma nstabux. Dan ħareġ minn risposta għall-mistoqsija parlamentari.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela qal ukoll li l-pulizija rċeviet xejn anqas minn 837 każ ta’ persuni li ġew rrapurtati nieqsa matul l-2016. L-akbar ammont ta’ persuni rrapurtati nieqsa kienu dawk ta’ bejn il-15 u l-20 sena. Numru kbir ta’ żgħażagħ taħt il-15-il sena wkoll kienu rrapurtati nieqsa. Dan in-numru jammonta għal 177 persuna.