Lokali

Aktar minn 2,400 każ ta’ serq mill-bwiet fl-2016

Ritratt mill-Arkivji

Matul l-2016 kien hemm aktar minn 2,400 każ ta’ serq mill-bwiet tan-nies. Dan ħareġ mit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari llejla fil-Parlament.

Il-Ministru Abela qal li minn dawn is-serqiet il-maġġoranza tagħhom kienu serq ta’ karti ta’ kreditu filwaqt li nsterqu 982 kartiera u 602 mowbajls.

Il-Ministru qal li l-akbar ammont ta’ serq, 861, seħħ f’Paceville. Filwaqt li f’Tas Sliema, l-Belt, Marsaxlokk u San Pawl il-Baħar ukoll saru ammont konsiderevoli ta’ serqiet.