Il-Ministru Chris Cardona baqa’ għaddej bl-attakk tiegħu fuq il-ġurnalisti u l-ġurnaliżmu f’Malta wara li nqabad li kien f’burdell waqt żjara fil-Ġermanja fuq xogħol tal-Gvern.
Wara li ppreżenta erba’ libelli kontra l-ġurnalista li kixfet dan l-iskandlu, Daphne Caruana Galizia, u ordni biex jiġu ffrizati l-assi tagħha, Chris Cardona issa ppreżenta libell fil-konfront tal-gazzetta In-Nazzjon u l-ġurnalist ta’ NET News Mario Frendo.
Wara li l-każ kien żvelat minn Daphne Caruana Galizia, NET News kien għamel l-investigazzjoni tiegħu dwar il-kaz, fejn saħansitra mar fil-burdell FKK Acapulco.
NET News kien saħansitra kiseb evidenza ta’ żewġ prostituti jikkonfermaw li raw lil Chris Cardona. Madanakollu, il-Ministru Chris Cardona għadu qed jiċħad li kien fil-burdell imma sa issa għadu ma ppreżentax evidenza li turi li mhux qed jigdeb.
Skont The Malta Independent, Chris Cardona saħansitra rrifjuta li jagħmel lie detector test. Intant, il-libelli u l-iffriżar tal-assi minn Chris Cardona ġabu kundanna qawwija kemm f’Malta kif ukoll fuq livell Ewropew.
//= $special ?>