Deniro Magri, ż-żagħżugħ ta’ 27 sena mill-Marsa nfaqa’ jibki fl-awla tal-Qorti wara li ġie mixli bil-qtiel ta’ Sylvester Farrugia li nqatel ilbieraħ filgħodu fil-Marsa stess.
Fil-Qorti, l-ispettur Arnaud qal li Sylvester Farrugia nstab maqtul b’tiri ta’ arma tan-nar u li jista’ jkun ma nqatilx fuq il-post wara li r-riżultati kkonfermaw li Sylvester jista’ jkun li miet ftit tas-sigħat qabel ma nstab.
L-ispettur kompla jgħid li huwa evidenti li bieb ta’ dar f’madwar tliet blokok ‘il bogħod minn fejn instabet il-vittma, kienet se jitqabbad. Dan il-bieb huwa l-istess bieb tad-dar ta’ Deniro u l-familja tiegħu li dak il-ħin kien hemm ukoll is-sieħba u t-tifel li għad għandu 7 snin. Huwa mifhum li fil-ħin li Deniro nduna b’dak li kien qed isir fetaħ in-nar u spara. Madanakollu għadu mhux stabbilit jekk l-isparatur kienux ġejjin minn ġewwa tad-dar jew minn barra.
Qiegħed jingħad li Sylvester Farrugia kien ma’ żewġ persuni oħra fil-ħin li pprova jqabbad il-bieb tar-residenza ta’ Deniro. Apparti minn hekk, il-karozza li nstab ħdejha Sylvester hija karozza misruqa.
L-avukati tal-akkużat argumentaw li Deniro kien qed jipprova jiddefendi lilu nniffsu u lil familja tiegħu waqt li kien għall-affari tiegħu ġewwa daru. Għalkemm saret talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Deniro, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat u argumentat li għadu prematur biex jingħata l-ħelsien peress li għad hemm persuni li għadhom iridu jiġui interrogati.
Filwaqt li l-investigazzjoni dwar dan il-każ se tkompli għaddejja, il-Qorti ordnat protezzjoni ta’ 24 siegħa għas-sieħba u t-tifel. Il-Qorti ċaħdet it-talba mill-ħelsien mill-arrest f’dan l-istadju, imma se jinżamm fit-taqsima forensika ta’ Monte Karmeli sabiex jingħata l-protezzjoni meħtieġa.
//= $special ?>