Lokali

Kenneth Farrugia – id-Direttur ġdid tal-FIAU

Kenneth Farrugia nħatar bħala d-Direttur tal-FIAU wara seba’ xhur li matulhom din l-aġenzija kienet mingħajr persuna fit-tmexxija tagħha.

Qabel din il-kariga, għall-aħħar disa’ snin, Kenneth Farrugia kien jokkupa karigi fi ħdan l-Internal Audit and Investigations Department u ilu sa mill-2012 jokkupa l-kariga ta’ Aġent Direttur Ġenerali u Direttur Ġenerali tal-istess entità.

Farrugia jieħu post Manfred Galdes li kien irriżenja minn din il-kariga f’Awwissu li għadda. Dan wara li ġie żvelat li kien għadda r-rapport ta’ investigazzjoni dwar l-iskandlu tal-Panama Papers lill-Kummissarju tal-Pulizija u baqgħu ma ttieħdu ebda passi.

Kien f’Jannar li għadda li l-Ministru Edward Scicluna qal li dalwaqt issir il-ħatra tad-Direttur ġdid tal-Financial Intelligence Analysis Unit.