Lokali

L-editorjal ta’ The Malta Independent ifaħħar id-diskors ta’ Simon Busuttil

Id-diskors li għamel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt l-attivita’ politika f’Tas Sliema kien diskors li laqat mhux biss lil dawk li attendew imma kien diskors ta’ politiku li l-poplu kien ilu ma jisma’.

Diskors li sar fi żmien fejn il-poplu għandu jista’ jibda jemmen aktar minn qatt qabel li Simon Busuttil imexxi l-Partit Nazzjonalista jista’ verament jasal biex jirbaħ l-elezzjoni ġenerali.

Dan ingħad fl-editorjal tal-gazzetta The Malta Independent.

Fi kliem ieħor l-editorjal jgħid li dan kien wieħed mill-aqwa diskorsi ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista f’dawn l-aħħar 13-il sena. Jingħad wkoll li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista irid jibqa’ miexi f’din it-triq biex jappella mhux biss lin-Nazzjonalisti u għalhekk ikun kap tan-nies u mhux tan-nazzjonalisti biss.

L-editorjal kompla jgħid li jekk l-elezzjoni ssir fi żmien sena oħra, kif ta’ x’jifhem il-Prim Ministru, għallura l-Kap Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għandu aktar ċans biex ikompli jitla’ t-tela’ li għandha twasslu għar-rebħa.