Internazzjonali Mużika

Miet il-mużiċista Al Jarreau

Al Jarreau waqt il-Grammy Awards tal-2007.

Tħabbret il-mewt tal-mużiċista magħruf Amerikan Al Jarreau, fl-età ta’ 76 sena.
Jarreau, li kien rebaħ seba’ Grammy Awards tul ħajtu, miet f’Los Angeles; imma l-kawża tal-mewt ta’ tħabbritx, għalkemm hu kien qed jingħata l-kura fi sptar minħabba l-għejja. Hu riċentement ħabbar li kien se jirtira milli jagħti kunċerti għaliex ma kienx jiflaħ aktar għall-istrapazz tagħhom.
Al Jarreau kien artist rari peress li kien ippremjat kemm għall-mużika jazz kif ukoll għall-pop u l-R&B.
Jarreau tul il-karriera tiegħu ħareġ 20 album u l-ikbar suċess tiegħu kienet “We’re in This Love Together” mill-1981. Bhu wkoll kien kantan l-kanzunetta tas-serje televiżia ‘Moonlighting’.

Tags