Internazzjonali

Minn Lulju li ġej se tkun tista’ ssuq fl-ajru

Qatt immaġinajt ssuq fl-ajru? Minn Lulju li ġej, din l-immaġinazzjoni tista’ ssir realta hekk kif manifattur tad-drones fiċ-Ċina għadu kemm ħareġ l-ewwel drone kbira li fiha tista’ tidħol persuna u ssuq fl-ajru.

Dan il-mezz ġdid ta’ trasport, li qed jissejjaħ Dubbed Ehang 184, qed tiġi deskritt bħala l-ewwel vettura fl-arja fid-dinja.

Kuntrarju għal mezzi tat-trasport oħra tal-ajra fil-kabina ta’ dan il-mezz m’hemmx minn fejn tikkontrolla t-titjira. Minflok, il-passiġġier se jkun qed idaħħal id-destinazzjoni ta’ fejn jixtieq imur permezz ta’ touch screen u l-vettura tieħdu direttament hemmhekk. Madanakollu il-vjaġġi ma tantx jistgħu jkunu twal wisq peress li din il-vettura tista’ ttir għal massimu ta’ 30 minuta fl-arja f’distanza ta’ madwar 10 mili.

F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, il-passiġġiera se jkunu jistgħu iwaqqfu t-titjira fl-arja. Apparti minn hekk, il-kumpanija ta’ dawn il-‘vetturi’ se jkunu qed jiġi kkontrollati lejl u nhar min-nies mħarrġa sabiex jiġu evitati kull tip ta’ inċidenti.

Din il-vettura se tkun qed tittajjar għal-ewwel darba f’Dubaj f’Lulju li ġej.

L-għan ewlieni ta’ dan il-mezz ta’ trasport hu li jitnaqqas it-traffiku u sabiex jitnaqqsu l-inċidenti tat-traffiku.

 

Ikkummenta