Lokali Qorti

Raġel għall-Qorti dwar il-qtil ta’ Sylvester Farrugia

Fis-sigħat li ġejjin se jitressaq il-Qorti raġel akkużat bil-qtil ta’ Sylvester Farrugia, ta’ 25 sena miż-Żurrieq, li seħħ kmieni lbieraħ filgħodu fil-Marsa.

Skont rapporti, ir-raġel li se jitressaq il-Qorti kien fl-inħawi fejn seħħ id-delitt u fejn allegatament ġie sparat it-tir f’dahar il-vittma.

Jirriżulta li Farrugia kien fil-karozza, fuq is-seat ta’ wara, fi Triq Simpson, meta qala’ tir minn wara f’daharu.

Jirriżulta wkoll li t-tir kien sparat minn barra, biż-żagħżugħ instab mal-art barra l-karozza, hekk kif jidher li rnexxielu joħroġ waħdu mill-vettura qabel ma tilef ħajtu.