Tal-anqas erba’ persuni tilfu ħajjiethom wara valanga tal-borra li laqtet grupp li kien skiing f’Tignes fi Franza. Ħames persuni oħra li kienu mal-grupp kienu għadhom rappurtati nieqsa u kienet qed isir tfitxija kbira għalihom għalkemm hemm pessimiżmu li jinstabu ħajjin.
Il-valanga li laqtet il-grupp intqal li kienet wiegħsa madwar 400 metru u seħħet f’għoli ta’ 2,100 metru. Dan f’zona fejn hu rakkoman dat li n-nies ma jmorrux skiing.
Jidher li kien grupp ieħor ta’ nies li kienu skiing aktar fl-ogħli li kkawżaw il-valanga.