Lokali

Żagħżugħ ta’ 19-il sena arrestat wara li nstab fil-pussess tad-droga

Żagħżugħ ta’ 19-il sena mill-Marsa ġie arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ diversi qratas li jistgħu jkunu eroina u kokaina. Iż-żagħżugħ nqabad jitraffika d-droga mill-pulizija stess wara li kienet qed issir osservazzjoni fl-inħawi tal-korsa tal-Marsa.

Iż-żagħżugħ se jinżamm arrestat u mhux eskluż li jitressaq il-Qorti fiż-żmien li ġej.