Rapporti mit-Turkija qalu li l-awtoritajiet lokali arrestaw formalment ċittadin Franċiż ta’ nisel Tuneżin fuq suspett li hu għen fl-ippjanar tal-isparatura terroristika ta’ Jum l-Ewwel tas-Sena f’nightclub ta’ Istanbul li fih kienu tilfu ħajjithom 39 persuna.
Ir-raġel, li għandu 22 sena, inqabad fl-inħawi ta’ Istanbul u l-awtoritajiet, issa, qed jgħidu li hu kien spiċċa arrestat xi ġimgħat ilu u li ‘tressqulu l-akkużi formali matul il-ġimgħa li għaddiet’.
It-terroristi tal-ISIS sostnew li l-attakk qattiel fin-nightclub kien twettaq ‘mis-sostenituri tagħhom li riedu jivvendikaw ruħhom mill-intervent tal-militar Tork fit-Turkija’. Intant, qorti, fi tmiem il-ġimgħa, għaddiet direttiva biex jinżamm taħt arrest raġel mill-Użbekistan li qed ikun akkużat bħala l-protagonista fil-massakru tan-nightclub.
//= $special ?>