Ambjent Lokali

Iċ-ċinji jħallu Marsalforn

Iċ-ċinji li niżlu f'Marsalforn (Ritratt: Natalino Fenech)

Wara kważi xahar u nofs f’Għawdex, iċ-ċinji telqu mir-riserva artifiċjali fil-Wied ta’ Marsalforn. Aktarx biex jirritornaw f’partijiet oħra tal-Ewropa minn fejn ħarbu mill-kesħa mhux tas-soltu.

It-tnax-il ċinju rari niżlu fit-2 ta’ Jannar li għadda u ta’ kuljum kienu attrazzjoni speċjali għal Maltin u Għawdxin li mhux imdorrijin jaraw daqstant ċinji.

Ma setax jonqos li matul iż-żjara ta’ dawn iċ-ċinji f’Malta, tispikka l-għassa tal-Pulizija b’kollaborazzjoni mal-għaqdiet ambjentali, partikolarment BirdLife Malta.