Internazzjonali

Jiċċelebraw il-71 jum San Valentinu flimkien wara li ltaqgħu f’Auschwitz

Ungeriża ta’ 92 sena, li salvat mill-ġenoċidju ta’ Auschwitz, u eks suldat Skoċċiż ta’ 96 sena, li salvaha llum qed jiċċelebraw il-71 Jum San Valentinu flimkien.

Sit ta’ midja internazzjonali jirraporta kif John Mackay ta’ 96 sena kien fit-tim li lliberaw għadd ta’ persuni Lhud li kienu maqbuda min-Nażisti l-Polonja. Jirrakonta kif meta Edith Steiner kellha biss 20 sena hi kienet waħda mil-Lhud li nżammu priġuniera iżda kemm hi u kemm ommha kienu fortunati ħafna għax kienu l-unika żewġ persuni mill-famlija tagħhom li tħallew barra u ma ddaħħlux fil-kamra tal-gas fejn nqatlu ammont kbira ta’ nies. Filfatt, wara li salvaw minn ħalq il-mewt, iż-żewġ żgħażagħ lemħu lil xulxin f’ċelebrazzjoni li kienet qed issir fl-okkażżjoni ta’ tmiem il-ġenoċidju.

Il-koppja żżewġet fl-1946 u saħqu li ilhom minn dak iż-żmien dedikati lejn xulxin. Apparti minn hekk, huma kellhom żewġt itfal, sebgħa neputijiet u ħames pro-neputijiet.

Ikkummenta