Il-maġġoranza tal-każi fl-akbar epidemija tal-Ebola fid-dinja kienu kkaġunati minn grupp żgħir ħafna ta’ pazjenti, skont ma jindika l-aħħar stħarriġ dwar il-marda.
L-analiżi pubblikata fil-Proceedings of the National Academy of Sciences turi li kważi żewġ-terzi tal-każi ( 61 fil-mija) seħħew b’kaġun ta’ tlieta fil-mija ‘biss’ fost in-nies infettati bl-Ebola.
Jidher ukoll li l-pazjenti żgħażagħ u oħrajn anzjani x’aktarx li servew bħala ‘super-spreaders’ (mezzi ewlenijn għaċ-ċirkolazzjoni) tal-virus qattiel.
Sadanittant, it-tobba u l-esperti qed jittamaw li jistgħu jkollhom idea aħjar tar-rwol ta’ dawk il-pazjenti fil-firxa tal-Ebola, biex l-awtoritajiet mediċi, ‘il quddiem, ‘jikkontrollaw l-epidemija li jmiss’.
‘Il fuq minn 28,500 persuna spiċċaw infettati bl-Ebola waqt l-‘epidemija kbira’ tal-2014-15 fl-Afrika tal-Punent u fejn kienu mietu mal-11,300 persuna, b’konsegwenza.
Intant dan l-istudju partikulari kkonċentra fuq diversi każi tal-marda fi Freetown, il-kapitali ta’ Sierra Leone, u l-madwar.
//= $special ?>