Lokali Qorti

Sena ħabs sospiża għal tlieta għal ziju ta’ tfajla li pprova jabbuża minnha

Raġel mill-Isla ngħata sentenza sospiża mill-qorti wara li ammetta li pprova jagħmel atti sesswali man-neputija tiegħu.

Fil-Qorti r-raġel ammetta li bejn l-2015 u l-2016 hu pprova jinsulta b’mod violenti lin-neputija tiegħu li dak iż-żmien kien għad kellha 15-il sena. Ingħad ukoll li z-zija tat-tfajla kien jistieden lin-neputija tiegħu biex tmur id-dar għandu sabiex jaraw filmati pornografiċi.

Ir-raġel ingħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal tliet snin. Apparti minn hekk il-qorti ordnat protezzjoni ta’ tliet snin fuq il-vittma.

L-isem tar-raġel se jkun qed jitniżżel f’lista apposta mħarsa bil-liġi sabiex jiġu protetti minuri oħra.