Tal-anqas 50 persuna nqatlu fi splużjoni ta’ karozza-bomba f’Bagdad.
Dan kien it-tielet attakk tipiku fi tlett ijiem fil-kapitali tal-Iraq.
Il-vettura ppakkjata bl-isplussivi wettqet straġi mifruxa madwar iz-zona ta’ Bayaa, lejn in-Nofsinhar ta’ Bagdad, bir-rapporti jirreferu wkoll għal ‘ħafna midruba’. Is-sit tal-attakk kien qed jintuża għal negozju bil-karozzi u t-terroristi tal-ISIS, aktar tard, assumew ir-responsabbiltà għad-dmija fl-inħawi.
L-ISIS żied l-attakki tiegħu fl-Iraq mindu l-Armata ta’ dan il-pajjiż, megħjuna mill-qawwiet tal-koalizzjoni taħt it-tmexxija tal-Istati Uniti, bdiet il-kampanja militari, erba’ xhur ilu, biex tqaċċat lit-terroristi mill-fortizza tagħhom f’Mosul, lejn it-Tramuntana tal-Iraq.
//= $special ?>