Lokali

Sewwieq ta’ vann jeħlisha ħafif wara li ħabat f’Bieb il-Bombi

Sewwieq ta’ vann ħelisha ħafif wara li ħabat bil-vettura tiegħu f’Bieb il-Bombi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm meta r-raġel kien ħiereġ bil-vann tiegħu mill-Furjana fid-direzzjoni lejn il-Marsa u, għal xi raġuni, tilef il-kontroll tal-vettura. Kien għalhekk li ħabat mal-ħajt ta’ Bieb il-Bombi.

Fil-post issejjħu l-Pulizija u anke tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li taw l-ewwel għajnuna lir-raġel. Madankollu, hu ma weġġax, tant li lanqas ittieħed l-Isptar.